accountant ĠENERALI

PAULANNE MAMO
Accountant Ġenerali

Is-Sinjura Paulanne Mamo bħalissa hija maħtura bħala l-Accountant Ġenerali ta’ Malta minn Diċembru 2016.

F’din il-kariga, hija responsabbli għaż-żamma ta’ sistema uniformi ta’ accounting madwar id-dipartimenti tal-Gvern, is-superviżjoni u l-moniteraġġ fuq it-transazzjonijiet finanzjarji kollha tal-Gvern u l-immaniġġjar tad-dejn Pubbliku.

Is-Sinjura Mamo hija Certified Qualified Accountant u għandha Masters of Business Administration b’distinzjoni u Diploma fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Universita’ ta’ Malta. Hija senior lecturer mad-Dipartiment tal-Accountancy u mad-Dipartiment tal-Public Policy, Fakulta’ tal-ekonomija, Management u Accountancy, l-Universita’ ta’ Malta.

Qabel kienet tokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-ekonomija, Investiment u negozji żgħar.

Tattendi wkoll u kultant tippresjedi kumitati fl-oqsma tal-Financial Management u Accountancy. Matul it-tmun ta’ Malta tal-Presidenza tal-UE, fl-ewwel semestru tal-2017, is-Sinjura Mamo nħatret bħala d-deputat għall-Onorevoli Ministru għall-Finanzi (Malta) fuq it-tim tal-G20. Matul iċ-CHOGM tal-2015, is-Sinjura Mamo kienet tifforma parti mill-Women’s Forum Group, li kienet l-ewwel darba li grupp bħal dan ġie ffurmat għal avvenimenti taċ-CHOGM. Għall-perjodu 2020-2023, is-Sinjura Mamo nħatret bħala Direttur supplenti għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

Matul il-mandat tagħha bħala Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, il-Ministeru kien ir-rebbieħ tal-Premju “simplifikazzjoni tal-burokrazija”.