Rappurtaġġ Standards Finanzjarji

L-Accounting standard setting and Financial Reporting Unit [li qabel kienet magħrufa bħala Accounting Methodology & Compliance Unit] qed t’introduci l-Accrual Accounting fis-servizz pubbliku jigiferi fil-Ministeri u fid-dipartimenti rispettivi li jaqghu tahtom, bħala pjattaforma biex tipprovdi informazzjoni finanzjarja li tagħmel aktar sens, kemm għal skopijiet ta’ accountability kif ukoll għal skopijiet ta ’teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan huwa konformi mal-istrateġija tal-Gvern li jimplimenta full accrual accounting ibbażat fuq International Public Sector Accounting Standards (IPSAS).

Dan l-aħħar, din it-Taqsima daħlet għal proġett kbir; il-bidla fis-sitema tal-Accounts Departmental Accounting System (DAS) għal wahda ġdida li jisimha Corporate Financial Management System (CFMS) li hija sistema tal-accounts ibbażata fuq l-accrual accounting. L-ewwel sett ta’ siti pilota marru live mill-01/01/2020 u l-bqija tad-dipartiment u l-ministeri tal-gvern ċentrali marru live mill-01/04/2021.

Matul is-snin ħarġu cirkularitajiet rigward l-accrual accounting biex id-dipartimenti tal-gvern ċentrali jimxu magħhom. Dawn jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ dan il-link.

Bħalissa t-Taqsima tiġbor u tiċċekkja l-accrual accounting returns sottomessi mid-dipartimenti tal-Gvern fuq bażi ta ’kull tliet xhur. Dawn ir-returns jiġu sottomessi lill-Uffiċċju nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u fl-aħħar mill-aħħar jintużaw fil-kompilazzjoni tal-Istatistika tal-Gvern tas-Sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA) kif mitlub mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

It-taqsima hija involuta f ’komunikazzjoni kontinwa mal-Ministeri tal-Gvern u d-dipartimenti li jaqghu tahtom biex jiġu identifikati l-isfidi, u tgħin biex titwitta t-triq’ il quddiem lejn l-implimentazzjoni tal-accrual accounting skont l-IPSAS. Flimkien mal-Ministeru għall-Finanzi, dan il-Unit qed jaħdem fuq il-proġett tal-IPSAS, l-accounting standards u l-linji gwida qed jiġu kkompilati abbażi ta’ dawk ippubblikati mill-Bord tal-IPSAS.

Paġni relatati: