ĦRUĠ TA' STOCK TAL-GVERN TA' MALTA - NOVEMBRU 2025

02/12/2025

Riżultat finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Novembru  2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Novembru 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa it-Tlieta, it- 2 ta’ Dicembru 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

21/11/2025

Riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Novembru 2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Novembru 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampamaħruġa il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

13/11/2025

B’referenza għall-Istqarrija għall-istampa nru. 251976 ta’ nhar il-Ġimgħa, s-7 ta’ Novembru 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)      2.55% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (V) bi prezz ta’ €100.00, b’YTM ta’ 2.5495%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 2.5658%,

(ii)     3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (IV) F.I. bi prezz ta’ €100.00, b’YTM ta’ 3.3996%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 3.4285%, u

(iii)       3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2040 (II) F.I. bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.7997%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 3.8358%.

Aktar tagħrif jinsab fl- Istqarrija għall-Istampa ta’ nhar il-Ħamis, it-13 ta’ Novembru 2025.

07/11/2025

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ ta’ tliet mija u ħamsin miljun Ewro (€350,000,000) f’xi wieħed jew f’kull wieħed minn dawn it-tliet stocks imsemmija aktar ’l isfel:-

  • (i)   2.55% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (V);
  • (ii)  3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (IV) Fungibility Issue (F.I.); u
  • (iii)  3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2040 (II) Fungibility Issue (F.I.).

Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ammont sa massimu ta’ €100,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta’ erba’ mija disgħa u disgħin elf u disa’ mitt Ewro (€499,900) kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed mit-tliet stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma’ persuna jew persuni oħra.  L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, is-17 ta’ Novembru 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, d-19 ta’ Novembru 2025 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni talAccountant General.

Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu il-Ġimgħa, l-21 ta’ Novembru 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 pm (f’nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni talAccountant General.

L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, it-13 ta’ Novembru 2025.  Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta’ stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/) minn nhar il-Ġimgħa, l-14 ta’ Novembru 2025.  

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fl-Istqarrija għall-istampa maħruġa mid-DOI u fiċ-Ċirkolari tal-Offerta.