ĦRUĠ TA' STOCK TAL-GVERN TA' MALTA - LULJU 2025

29/07/2025

Riżultat finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa it-Tlieta, id- 29 ta’ Lulju 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

18/07/2025

Riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

10/07/2025

B’referenza għall-Istqarrija għall-istampa numru 251212 ta’ nhar il-Ġimgħa, l-4 ta’ Lulju 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)      3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (IV) bi prezz ta’ €100.00, b’YTM ta’ 3.4000%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 3.4289%, u

(ii)     3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2040 (II) bi prezz ta’ €100.00, b’YTM ta’ 3.7996%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 3.8357%.

Aktar tagħrif jinsab fl- Istqarrija għall-Istampa ta’ nhar il-Ġimgħa, l-10 ta’ Lulju 2025.

04/07/2025

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ mitejn u ħamsin miljun Ewro (€250,000,000) f’xi wieħed jew f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks imsemmija aktar ’l isfel:-

    (i)   3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (IV); u

    (ii)  3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2040 (II).

Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ammont sa massimu ta’ €150,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta’ erba’ mija disgħa u disgħin elf u disa’ mitt Ewro (€499,900) kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma’ persuna jew persuni oħra.  L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-14 ta’ Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, s-16 ta’ Lulju 2025 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni talAccountant General.

Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu il-Ġimgħa, t-18 ta’ Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 pm (f’nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni talAccountant General.

L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, l-10 ta’ Lulju 2025.  Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta’ stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/) minn nhar il-Ġimgħa, l-11 ta’ Lulju 2025.  

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fl-Istqarrija għall-istampa maħruġa mid-DOI u fiċ-Ċirkolari tal-Offerta.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.