18/09/2026
L-Accountant General tistieden lid-detenturi tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2021 (Bond li ser Jimmatura) sabiex iġeddu l-ammont sħiħ li ser jimmatura f’Bond Ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2026 b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2026.
Il-ħruġ il-ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2026 ser jinħareġ bl-istess termini tal-ħruġ eżistenti tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2021, ħlief għar-rata tal-imgħax, li ser tkun ta’ 3.50% fis-sena għal 5 snin. Ser tintbagħat Formola tal-Applikazzjoni li fiha ser ikun hemm l-ammont nominali investit fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2021, lid-detenturi kollha ta’ dan il-Bond, li isimhom jidher fir-reġistru f’għeluq il-ġurnata ta’ negozju tal-Ġimgħa, l-4 ta’ Settembru 2026 (id-data cut-off).
Id-detenturi li jagħżlu li jġeddu l-investiment għandhom jiffirmaw il-Formola tal-Applikazzjoni u jibagħtuha fl-envelop indirizzat u ipprovdut mal-Formola tal-Applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar il- Ġimgħa, it- 2 ta’ Ottubru 2026.
Id-detenturi li ma jixtiequx iġeddu l-investiment tagħhom m’għadhom bżonn jagħmlu xejn u ser jirċievu l-ħlas lura tal-kapital il-Ħamis, il- 15 ta’ Ottubru 2026 (id-data tal-maturità).
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mid-DOI kif ukoll mill-Prospett.