Klawżoli Ta' Azzjoni Kollettiva

Skont paragrafu 3 tal-Artikolu 12 tal-verżjoni modifikata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni (MES), approvat fit-2 ta’ Frar 2012 mis-17-il Stat Membru taż-żona ewro, sar obbligatorju fuq dawn l-Istati Membri li jinkludu l-Mudell ta’ Klawżoli ta’ Azzjoni Kollettiva (KAKs) fit-titoli tad-dejn ġodda kollha ta’ gvernijiet taż-żona ewro, b’maturita’ ta’ ‘l fuq minn sena, maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem.

It-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tas-KAKs jistgħu jiġu aċċessati billi tikklikkja fuq il-fajls PDF ta’ hawn taħt:

KAKs – Test Mudell

KAKs – Dispożizzjonijiet Supplimentari