KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU TA' MALTA
L-aġenziji li jevalwaw il-kreditu joħorġu opinjonijiet dwar il-valur tal-kreditu bbażati fuq metodoloġiji analitiċi oġġettivi u huma maħsuba sabiex jgħinu titnaqqas id-differenza fl-informazzjoni bejn l-emittenti ta’ titoli ta’ dejn (istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, gvernijiet, kumpaniji tas-settur pubbliku u kumpaniji tas-settur privat) u l-investituri.
Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma importanti għall-entitajiet/pajjiżi kklassifikati peress li ġeneralment jaffettwaw ir-rati tal-imgħax tas-self tagħhom.
Agħfas hawn biex tara/tniżżel il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tar-Repubblika ta’ Malta.
Rinunzja
In-noti/avviżi maħruga mid-Direttorat għall-Amministrazzjoni tad-dejn jinħarġu għal skopijiet ta’ informazzjoni biss u ma għandhomx jinftiehmu bħala parir jew stedina sabiex jinxtraw titoli ta’ dejn. Investituri eżistenti u prospettivi huma mħeġġa jikkonsultaw ma’ konsulent finanzjarju liċenzjat dwar l-implikazzjonijiet li investimenti bħal dawn jista’ jkollhom fuq is-sitwazzjoni partikolari tagħhom.