Jintgħażlu l-istruzzjonijiet dwar kif il-ħruġ mill-ġdid jeħtieġ li jsir, jiġifieri, permezz ta’ trasferiment bankarju jew permezz ta’ ċekk, jekk applikabbli. Jekk il-ħlas għandu jinħareġ permezz ta’ trasferiment bankarju, għandha tingħata prova tal-IBAN.
Kopja tal-Karta tal-I.D. wara u quddiem
Iċ-ċekk oriġinali
Numru fejn il-benefiċjarju jista’ jiġi kkuntattjat
*Dokumenti oħra jistgħu jkunu meħtieġa jekk il-benefiċjarju jkun miet
Id-Direttorat għall-immaniġġjar tad-dejn fi ħdan id-dipartiment tat-Teżor jipproċessa talbiet “causa mortis” ta’ detenturi ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Malta (MGSs) u ta’ Retail Savings bonds tal-Gvern ta’ Malta (MGRSB) li jiġu nieqsa. Dan l-Uffiċċju jirrikonoxxi u jaċċetta biss talbiet mibgħuta minn nutar pubbliku jew avukat maħtur mill-werrieta sabiex jipproċessa t-talba f’isimhom. Għal aktar informazzjoni dettaljata jekk jogħġbok għafas hawn.