Bonds ta' Tifdil tal-Gvern ta’ Malta

 

Il-Bonds tat-tifdil tal-Gvern ta’ Malta (Malta Government Retail Savings Bonds) huma titoli ta’ dejn mhux negozjabbli u mhux trasferibbli, b’rata fissa ta’ imgħax, maħruġa mid-Dipartiment tat-Teżor taħt l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Amministrazzjoni tad-dejn Pubbliku, kif ukoll ir-Regolamenti dwar Retail Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta.

 

Bonds tat-tifdil tal-Gvern ta’ Malta 62+

Taħt dan il-qafas leġiżlattiv, bejn l-2017 u l-2021, id-Dipartiment tat-Teżor ħareġ Bonds tat-tifdil tal-Gvern ta’ Malta 62+ (62+ MGRSB), sensiela ta’ bonds b’kupun annwali fiss ta’ 3.00%, pagabbli kull sitt xhur u b’terminu ta’ ħames snin. Dawn il-ħarġiet ta’ bonds kienu disponibbli għal individwi ta’ eta’ ta’ 62 sena u aktar, u kienu maħsuba biex jissupplimentaw id-dħul mill-pensjoni ta’ ċittadini anzjani matul perjodu meta ir-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna.

Applikanti eliġibbli setgħu jinvestu sa €10,000 f’dawn il-bonds. Is-somma kollha investita fit-62+ MGRSB tista’ tinfeda qabel id-data ta’ skadenza stabbilita, soġġett għal tnaqqis ta’ tliet (3) xhur imgħax, billi timtela l-formola ta’ tifdija bikrija ta’ 62+ MGRSB.

Dan l-aħħar, id-Dipartiment tat-Teżor offra lid-detenturi ta’ 62+ MGRSB li kienu qed joqorbu id-data tal-maturita’, il-possibbilta’ li jinvestu mill-ġdid is-somma kollha miżmuma f’62+ MGRSB ġdid ta’ ħames snin, b’rata annwali ta’ imgħax fissa li tirrifletti r-rata tal-imgħax għal ħames snin prevalenti fis-suq fil-perjodu tat-tiġdid.

 
Rapporti ta’ ħruġ ta’ 62+ MGRSB jistgħu jiġu aċċessati hawn taħt: