Id-Direttorat għall-Amministrazzjoni tad-dejn fi ħdan id-Dipartiment tat-Teżor jipproċessa talbiet “Causa Mortis” ta’ detenturi ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Malta (MGSs) u ta’ Retail Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta (MGRSB) li jiġu nieqsa. Dan l-Uffiċċju jirrikonoxxi u jaċċetta biss talbiet mibgħuta minn nutar pubbliku jew avukat, maħtur mill-werrieta sabiex jipproċessa t-talba f’isimhom. Għal aktar informazzjoni dettaljata jekk jogħġbok għafas hawn.