ĦRUĠ TA' STOCK TAL-GVERN TA' MALTA - FRAR 2025

27/02/2025

Riżultat finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Frar 2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Frar 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa il-Hamis 27 ta’ Frar 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

21/02/2025

Riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Frar 2025

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat proviżorju tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Frar 2025. Aktar tagħrif u nformazzjoni jinsabu fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa il-Ġimgħa 21 ta’ Frar 2025 kif ukoll fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor.

13/02/2025

B’referenza għall-Istqarrija għall-istampa nru. 250206 ta’ nhar il-Ġimgħa, s-7 ta’ Frar 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)      3.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (IV) bi prezz ta’ €101.00, b’YTM ta’ 2.8082%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 2.8280%,

u

(ii)     3.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (III) bi prezz ta’ €100.50, b’YTM ta’ 3.4438%, li jissarraf f’rata ta’ rendiment annwali ekwivalenti għal 3.4735%.

Aktar tagħrif jinsab fl-Istqarrija għall-istampa ta’ nhar il-Ġimgħa, it-13 ta’ Frar 2025.

07/02/2025

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ tlett mitt miljun Ewro (€300,000,000) f’xi wieħed jew f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks imsemmija aktar ’l isfel:-

  • 3.00%  Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (IV); u
  • 3.50%  Stock tal-Gvern ta’ Malta 2035 (III).

Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ammont sa massimu ta’ €150,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta’ erba’ mija disgħa u disgħin elf u disa’ mitt Ewro (€499,900) kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma’ persuna jew persuni oħra.  L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, is-17 ta’ Frar 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, d-19 ta’ Frar 2025 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni talAccountant General.

Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu il-Ġimgħa, l-21 ta’ Frar 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f’nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni talAccountant General.

L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, it-13 ta’ Frar 2025.  Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta’ stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Ir-riżultat tal-allokazzjoni f’kull stock lil investituri li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerta b’irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u fornituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/ minn nhar il-Ġimgħa, l-14 ta’ Frar 2025.  

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fl-istqarrija għall-istampa maħruġa mid-DOI u fiċ-Ċirkolari tal-Offerta.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.