Navigate Up
Sign In

62+ Government Savings Bond

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ta dettalji dwar it-tnedija ta’ Savings Bond li għalih huwa eliġibbli li japplikaw dawk l-individwi li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel.
 
Konxju mit-tnaqqis drastiku fid-dħul addizzjonali li l-pensjonanti kien qed ikollhom, fid-dawl ta’ tnaqqis tar-rati t’imgħax fuq depożiti fissi mal-banek kummerċjali li kellhom fl-aħħar snin, “kien għalhekk li fil-budget ta’ din is-sena l-Gvern kien ħabbar miżura li permezz tagħha jinħareġ bond, b’rata t’imgħax ferm aħjar minn dik tas-suq immirati biss għall-pensjonanti, dan sabiex itejbu d-dħul tagħhhom”, qal il-Ministru Scicluna.
 
Is- ‘62+ Government Savings Bond’ se jkollu rata t’imgħax ta’ tlieta fil-mija, liema rata hija ogħla mir-rati li qegħdin joffru banek kummerċjali fil-preżent. L-imgħax se jitħallas kull sitt xhur.
 
Kull investitur se jkun jista’ jinvesti sa massimu t’għaxar t’elef ewro u minimu ta’ ħames mitt ewro. L-investiment se jkun marbut għal ħames snin u mhux se jkun jista’ jiġi “traded” fuq il-Borża ta’ Malta.
 
Sabiex seta’  jinħareġ dan it-tip ta’ Bond b’rati attraenti indirizzati apposta għall-bżonnijiet tal-pensjonanti, kellha tinbidel il-liġi dwar il-Bills tat-Teżor ta’ Malta, liema liġi għaddiet mill-Parlament ftit tal-jiem ilu.
 
L-applikazzjonijiet għal dan il-Bond se jibdew jintlaqgħu mill-4 ta’ Settembru li ġej.  
 
“Kuntent li sa fl-aħħar il-Gvern issa jista’ jimplimenta miżura oħra biex tkompli ttejjeb id-dħul tal-pensjonant”temm jgħid il-Ministru Scicluna.

Klikkja hawn biex tara il-vidjo​

CONTACT INFORMATION:
 
Contact Name
Treasury Department
Development House
Level 2 and 3
St. Anne Street
Floriana FRN9010
 
Telephone
(+356) 2596 7100
(+356) 2596 7157
(+356) 2596 7179
 
Fax
(+356) 2596 7203
 
Email
 
Website